Il-Kummissjoni Elettorali tal-PN tirċievi d-dikjarazzjoni ta’ interess ta’ Alex Borg fil-kariga ta’ Kap tal-PN
AĦBAR

Il-Kummissjoni Elettorali tal-PN tirċievi d-dikjarazzjoni ta’ interess ta’ Alex Borg fil-kariga ta’ Kap tal-PN

Il-Kumissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista tgħarraf li llum, il-Ħamis 25 ta’ Ġunju 2025 f’12pm irċeviet dikjarazzjoni ta’ interess għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN mingħand Alex Borg

Il-Kumissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista tgħarraf li llum, il-Ħamis 25 ta’ Ġunju 2025 f’12pm irċeviet dikjarazzjoni ta’ interess għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN mingħand:

Alex Borg

Il-Kummissjoni tfakkar li skont kif jistipula Artiklu 90a tal-Istatut tal-Partit Nazzjonalista, is-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess għal din il-kariga tibqa’ miftuħa għal sebat ijiem sa nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Lulju 2026 fis-6pm skont kif imħabbar ilbieraħ wara li l-Kunsill Ġenerali tal-PN nieda l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Għal din il-kariga jistgħu jikkontestaw biss membri tal-Partit Nazzjonalista bit-tessera mħallsa skont il-provvedimenti tal-Istatut tal-PN.

Il-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN se tkun qed tikkomunika minnufih b’mod pubbliku l-ismijiet ta’ dawk li jkunu esprimew l-interess tagħhom, permezz ta’ stqarrija għall-media ma’ kull dikjarazzjoni li tidħol.

Mario Callus
Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN

25.06.2026