Il-Parlament għandu jitlaqqa’ b’urġenza
L-aħħar rivelazzjonijiet dwar ir-racket ta’ serq f’Kastilja għandhom ikunu diskussi minnufih fil-Parlament
Il-Partit Nazzjonalista qiegħed isejjaħ li jiltaqa’ l-Parlament b’urġenza għada t-Tnejn 11 ta’ Settembru, biex jiddiskuti minnufih il-kriżi li laqtet lill-pajjiżna fl-aħħar jiem wara skandlu li qed jaħkem il-kurituri ta’ Kastilja għal gwadann tal-Partit Laburista, u għat-telf tal-kumplament tal-poplu Malti u Għawdxi. Benefiċċji li tqassmu b’mod abbużiv mill-Gvern tal-ġurnata.
Dan kien sostnut mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’ittra li għadda lill-Ispeaker tal-Parlament, quddiem din is-sitwazzjoni bla preċedent.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li l-aħħar rivelazzjonijiet li ħarġu minn xogħol ġurnalistiku fl-aħħar sigħat huma indikazzjoni ċara ta’ dan ir-racket minn Kastilja, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru nnifsu.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tenna li l-Parlament għandu jiltaqa’ u li jekk verament Robert Abela għandu għal qalbu d-demokrazija, din il-materja għandha tkun diskussa b’urġenza mill-aktar fis fil-Parlament.
10.09.2023