Il-Partit Nazzjonalista jippreżenta l-kontijiet finanzjarji awditjati għas-sena 2025 lill-Kummissjoni Elettorali
AĦBAR

Il-Partit Nazzjonalista jippreżenta l-kontijiet finanzjarji awditjati għas-sena 2025 lill-Kummissjoni Elettorali

Il-Partit Nazzjonalista għalaq is-sena finanzjarja 2025 b’bilanċ ta’ ftit aktar minn €100,000 waqt li rnexxielu jżomm ukoll id-dejn fl-istess livell li kien is-sena ta’ qabel.

Il-Partit Nazzjonalista dalgħodu ppreżenta l-kontijiet finanzjarji tiegħu għas-sena 2025 lill-Kummissjoni Elettorali.

Dan wara li r-rapporti finanzjarji awditjati tal-PN għas-sena li għaddiet, fil-jiem li għaddew kienu approvati mill-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Partit Nazzjonalista għalaq is-sena finanzjarja 2025 b’bilanċ ta’ ftit aktar minn €100,000 waqt li rnexxielu jżomm ukoll id-dejn fl-istess livell li kien is-sena ta’ qabel.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello u t-Teżorier tal-PN Veronica Perici Calascione ppreżentaw il-kontijiet finanzjarji tal-Partit Nazzjonalista lill-Kummissjoni fl-uffiċċji tagħha fin-Naxxar.

Bil-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tiegħu għall-2025 lill-Kummissjoni Elettorali, il-PN qed ikompli jimpenja ruħu li jżomm mal-obbligi finanzjarji tiegħu skont il-Liġi dwar il-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi, fl-istess ħin li bis-saħħa tar-ristrutturar kontinwu mmirat lejn tmexxija finanzjarja aktar sostenibbli, qed jirnexxilu jsaħħaħ il-qagħda finanzjarja tiegħu bħala partit.

18.09.2026

  • Niżżel il-kontijiet finanzjarji awditjati tal-PN għall-2025 minn hawn.