Il-PN bi programm elettorali bbażat fuq il-kuntatt mal-ħaddiema u min iħaddimhom
AĦBAR

Il-PN bi programm elettorali bbażat fuq il-kuntatt mal-ħaddiema u min iħaddimhom

Il-Partit Nazzjonalista se jippreżenta programm elettorali bbażat fuq dak li sema’ mingħand il-ħaddiema u min iħaddimhom. Programm elettorali li jagħti Nifs Ġdid għall-isfidi li dawn iħabbtu wiċċhom magħhom.

Il-Kap tal-PN Alex Borg iżur il-kumpanija Dave’s

Il-Partit Nazzjonalista se jippreżenta programm elettorali bbażat fuq dak li sema’ mingħand il-ħaddiema u min iħaddimhom. Programm elettorali li jagħti Nifs Ġdid għall-isfidi li dawn iħabbtu wiċċhom magħhom.

Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg meta ltaqa’ mat-tmexxija u l-ħaddiema tal-kumpanija Dave’s waqt żjara fl-uffiċċji u fil-fabbrika fejn ikunu manifatturati diversi prodotti tal-ikel.

Hu ntlaqa’ mill-Kap Eżekuttiv David Grech u membri tat-tmexxija tal-kumpanija, li wrewh mill-qrib il-ħidma biex ikunu manifatturati prodotti friski ta’ kuljum. Sema’ wkoll dwar l-investiment li jsir regolarment, il-proċessi ta’ produzzjoni u l-isfidi li jiffaċċja s-settur tal-manifattura u tal-ikel f’pajjiżna.

Dave’s hija kumpanija Maltija magħrufa fil-qasam tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ikel, b’operat li matul is-snin kompla jikber u joħloq opportunitajiet ta’ xogħol għal numru ta’ ħaddiema.

Din iż-żjara serviet ukoll bħala opportunità biex jiġi enfasizzat ir-rwol importanti li għandhom il-kumpaniji lokali fit-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż, fl-investiment u fil-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità.

Matul iż-żjara, il-Kap tal-PN kien akkumpanjat mill-kandidat tal-PN Adrian Delia.

05.05.2026