AĦBAR

Il-Pulizija kollha jixirqilhom kundizzjonijiet u pagi aħjar

Il-Partit Nazzjonalista ilu jtenni l-ħtieġa urġenti li l-Pulizija jingħataw pagi aħjar.

Dawn iż-żidiet għandhom jingħataw lill-Korp kollu mingħajr diskriminazzjoni bejn membri li se jingħataw żieda fil-paga u oħrajn li se jibqgħu mingħajr żieda.

Kull membru tal-Korp ħaqqu żieda, jaħdem fejn jaħdem.

Joe Giglio
Kelliem għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi

22.04.2023