Isiru l-elezzjonijiet għall-ħatra tal-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista
AĦBAR

Isiru l-elezzjonijiet għall-ħatra tal-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista

Waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN li saret illejla, inħatru l-uffiċjali tal-PN għas-sentejn li ġejjin, kif jipprovdi l-istatut tal-Partit Nazzjonalista.

L-elezzjonijiet saru waqt il-laqgħa, bil-membri tal-Eżekuttiv jivvutaw għal seba’ karigi differenti.

Dawn kienu r-riżultati:

  • Charles Bonello nħatar fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-PN
  • Mary Anne Lauri nħatret President Riċerka Politika
  • Chris Said inħatar President Djalogu Soċjali
  • Joseph Grech inħatar Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv
  • Graham Bencini nħatar Chairperson tal-Kunsill Amministrattiv
  • Beppe Galea nħatar fil-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali
  • Veronica Perici Calascione nħatret fil-kariga ta’ Teżorier

In-nominazzjonijiet għal dawn il-karigi ntlaqgħu bejn nhar it-Tlieta 6 u l-Ġimgħa 9 ta’ Jannar mill-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista.

15.01.2026