It-tmexxija tal-Labour taħrab mill-frodi li ħolqu huma stess
Hu ta’ għajb kbir li t-tmexxija tal-Labour, minflok indirizzat il-frodi li nħolqot mil-Laburisti stess, ħarbet milli twieġeb id-domandi tal-ġurnalisti dwar is-serq mill-benefiċċji soċjali.
It-trasparenza hi l-ewwel pass biex tinħareġ il-verità kollha dwar l-involviment ta’ membri fi ħdan il-Labour f’dan il-frodi u s-serq.
Kull ma jmur aktar qed ikun ta’ għajb li t-tmexxija tal-Labour qed titfa’ l-ħmieġ fuq ħaddieħor, iżda ma tweġibx għal dan is-serq u l-frodi li qajjem rabja kbira fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu.
26.09.2023