L-ewwel Forum Nazzjonali dwar il-Media u l-Informazzjoni f’Malta
AĦBAR

L-ewwel Forum Nazzjonali dwar il-Media u l-Informazzjoni f’Malta

Il-ġurnalist u l-media huma l-għassiesa tad-demokrazija ta’ pajjiżna.

Xogħolna hu li dejjem naraw li jkollhom f’idejhom l-għodda kollha biex jaħdmu fil-libertà u mingħajr xkiel.

Meta f’pajjiżna Gvern Nazzjonalista daħħal il-liġi tal-Pluraliżmu fix-Xandir, għamel dan għax dejjem emmen fl-importanza tal-libertà tal-espressjoni u tad-dritt għall-informazzjoni. U għadu jemmen dan bis-sħiħ.

L-ewwel Forum Nazzjonali dwar il-Media u l-Informazzjoni f’pajjiżna li ġie organizzat fil-Parlament mill-Membri Parlamentari Nazzjonalisti Karol Aquilina u Claudette Buttigieg, hu xhieda ta’ kemm il-PN jemmen fit-tisħiħ tal-media. Il-forum ingħalaq mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Illum għandna Gvern li minflok jagħti lill-ġurnalisti l-għodda meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom, ixekklilhom xogħolhom. Għandna Gvern li jimmanipula x-Xandir tal-Istat u jużah kif jaqbillu. Għandna Gvern li jsib kull skuża biex ma jweġibx.

Gvern ġdid Nazzjonalista, bħalma dejjem għamlu Gvernijiet Nazzjonalisti qabel, jibqa’ jkun gvern lil jwitti t-triq għall-ħidma tal-ġurnalisti, u mhux ixekkilhom.

Aqra d-diskors sħiħ tal-Kap tal-PN Bernard Grech hawnhekk.