Lura għall-membri

Abela Chetcuti, Janice

Dwar l-MP

Shadow Minister għall-Ħarsien tal-Annimali

L-Avukat Janice Abela Chetcuti hija persuna li tempatizza ħafna u dejjem kellha għal qalbha li tkun il-vuċi ta' min vuċi ma għandux, u dan kien dak li verament imbuttaha biex tidħol fil-politika. Għandha żewġt itfal – Sky ta' 17-il sena u Reef ta' 12 – it-tnejn li huma jħobbu ħafna l-isport bħalha. Fid-dar, fil-fatt, l-isport u n-nutrizzjoni tajba huma xi ħaġa ta' kuljum.

Janice għandha ferm għal qalbha l-annimali u l-ħarsien tagħhom. Qabel ma daħlet fil-politika kienet attivista li minn dejjem ħadmet ħafna għall-annimali u biex ikunu rispettati kif jixirqilhom. Dan għamiltu anke waqt li kienet għalliema fl-Iskola Primarja ta' Ħal Luqa fejn kienet saret l-ewwel pet week ‘il fuq minn 20 sena ilu meta l-annimali f'Malta kienu għadhom jiġu ttrattati ferm differenti minn kif nittrattawhom illum.

Wara, serviet bħala Manager fid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali proprju fl-ewwel sentejn wara li dan kien ġie mwaqqaf, u 18-il sena ilu, kienet ikkontribwiet għall-ftuħ tal-isptar tal-annimali f’Ta’ Qali – li llum sfortunatament ilu ‘l fuq minn 30 xahar magħluq. Kien proprju dawn ir-rwol li ispiraha biex tistudja l-liġi u laħqet avukat biex tara kif setgħet tapplika l-liġi Maltija kontra l-moħqrija tal-annimali. F'dawn l-aħħar erba’ snin serviet fil-Parlament fejn bi mħabba u passjoni kbira tkellmet, iddjalogat u ppruvat iddaħħal kontinwament emendi favur l-annimali biex l-annimali u dawk li jħobbuhom ikollhom il-vuċi u r-rispett li jixirqilhom.

Fost dawn ir-rwoli kollha, dak favorit tagħha jibqa’ dejjem li tkun omm uliedha li tant tħobb u kulma tagħmel tibqa’ tagħmlu biex tagħmilhom kburin li hi ommhom.

PARTIT NAZZJONALISTA | NIFS ĠDID
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.