Xogħol ta' kwalità
Professjonisti fil-qasam tas-servizzi professjonali, teknoloġisti u inġiniera u analisti tad-data u speċjalisti tal-AI — karrieri ġodda f'settur li qed jikber b'mod aċċellerat.
L-elementi 'downstream', li jikkonsistu mill-konnettività bis-satellita, in-navigazzjoni u data mill-ispazju u awtomazzjoni bl-AI, huma l-akbar parti tas-suq tan-New Space. L-Unjoni Ewropea qiegħdha tipprepara l-qafas legali tagħha minħabba l-importanza tiegħu, u fl-istess ħin is-suq qed jistenna li l-budget tal-UE jikber ukoll bejn darbtejn u tlitt darbiet ta' dak kurrenti.
Malta, taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, dejjem kienet preparata għal setturi emerġenti, u għalhekk weldet industriji bħar-reġistrazzjoni tal-vapuri, bħas-servizzi lis-settur finanzjarju, l-iGaming u s-settur tal-avjazzjoni. Issa wasal żmien għal settur ieħor New Space!
New Space huwa settur li qiegħed jikber bid-doppju tal-medja tal-ekonomija globali. Aħna interessati partikolarment fid-downstream.
L-investiment tagħna se jagħmel lil Malta hub strateġiku fl-ekonomija Ewropea tan-New Space. Mhux għaliex aħna għandna storja fis-settur, imma għax bil-maqlub aħna ma għandhiex xi kumpanija x'nipproteġu. Minflok għandna ħeġġa u esperjenza biex niftħu swieq ġodda li jkunu l-mutur wara mudell ekonomiku ġdid. Mudell li mhux ibbażat fuq il-volum u ħinijiet twal ta' xogħol, imma fuq qlieħ tajjeb għal min jaħdem u valur miżjud għoli għal pajjiżna.
Dan huwa settur li se jagħti nifs ġdid lill-ekosistema tas-servizzi professjonali. Dan huwa settur li se jivvaloriżża l-kompetenzi b’saħħithom tal-professjonisti Maltin fit-teknoloġija tad-data, fl-AI u fl-inġinerija, filwaqt li jiftaħ opportunitajiet ġodda fir-riċerka u l-iżvilupp (R&D). Malta għandha esperjenza kbira u magħrufa għal regolamentazzjoni b'governanza tajba, mingħajr burokrazija żejda.
Professjonisti fil-qasam tas-servizzi professjonali, teknoloġisti u inġiniera u analisti tad-data u speċjalisti tal-AI — karrieri ġodda f'settur li qed jikber b'mod aċċellerat.
Ritorn ta' €100 miljun fuq ħames snin fl-ekonomija Maltija, u li aħna rridu neskalaw biex jilħaq il- €200 miljun fis-sena fi żmien għaxar snin.
Aħna rridu noffru l'oppurtunità lil kumpaniji innovattivi li jitħajjru jiġu lejn Malta biex fil-bidu jaqdu suq żgħir, imma li minnu jistgħu iwelldu l-prodotti tagħhom bl-intenzjoni li jikbru u jbiegħu fuq is-swieq internazzjonali.
Ngħaddu l-liġi neċessarja fl-ewwel xhur tal-leġiżlatura, imbagħad nibnu l-kapaċità u l-kredibbiltà permezz ta' investiment u partnerships b'mira iffukata fuq is-suċċess.
Xogħol ta' kwalità. Ekonomija li tikber. Nifs ġdid għal pajjiżna.