Malta fid‐Dinja
Politika barranija serja, kredibbli u ambizzjuża
Malta jeħtieġ terġa’ tikseb – minkejja li pajjiż ġeografikament ċkejken – ambizzjoni kbira. F’pajjiżna u lil hinn minn xtutna, irridu nitkellmu b’vuċi soda, serja u kredibbli. Hekk biss nirbħu l‐fiduċja ta’ mexxejja oħra u nkunu rispettati meta npoġġu fuq il‐mejda tad‐deċiżjonijiet – deċiżjonijiet li jaffettwaw lill‐familji, l‐impjiegi u l‐futur ta’ pajjiżna.
Il‐politika barranija tagħna hi bbażata fuq il‐liġi internazzjonali, ir‐rispett tas‐sovranità tal‐pajjiżi kollha u l impenn favur il‐paċi, id‐djalogu u l‐kooperazzjoni. Dan kollu b’rispett lejn in‐newtralità Kostituzzjonali ta’ pajjiżna – newtralità Kostituzzjonali li ma tfissirx passività. Hi qafas li tippermetti lil Malta tkun attiva, impenjata u influwenti f’dak kollu li jsaħħaħ is‐sigurtà, l‐istabbiltà u l‐prosperità tagħna, sakemm ma jinħolqux obbligi ta’ difiża kollettiva jew li f’pajjiżna jkollna bażijiet militari.
Pjan ta' Azzjoni
Politka barranija marbuta direttament mal‐ġid tal‐familji u l‐ħolqien tal‐impjiegi
Malta trid tkun magħrufa bħala sieħeb affidabbli, ġurisdizzjoni rispettata u ċentru tan‐negozju bi standards għoljin – għall‐innovazzjoni, is‐servizzi, il‐kummerċ u l‐intrapriża. F’dinja aktar kompetittiva u diġitali, irridu ekonomija aktar reżiljenti, aktar innovattiva u inqas dipendenti fuq mudelli ta’ tkabbir ta’ volum baxx. Irridu ngħinu lill‐intrapriżi Maltin u Għawdxin jikbru barra minn xtutna, noħolqu ekosistema li tappoġġa t‐talent u r‐riċerka, u nallinjaw l‐iżvilupp ekonomiku mal‐interess nazzjonali u l‐kwalità tal‐ħajja.
01. Malta bħala Stat żgħir iżda b’ambizzjoni kbira
Gvern ġdid Nazzjonalista jorbot il‐politika barranija ta’ pajjiżna direttament mal‐ġid tal‐familji, mal‐kwalità tal‐impjiegi u mal‐prosperità tan‐negozji. Niżguraw politika barranija li tiftaħ bibien ġodda għall‐kummerċ, tattira investiment ta’ kwalità, u tibni relazzjonijiet ekonomiċi bbażati fuq il‐fiduċja, is‐serjetà u l‐valur miżjud.
Malta trid tkun pajjiż protagonista, immexxija bil‐prudenza, skont prinċipji sodi, u bil‐fehma li l‐aħjar jinsab quddiemna.
02. Vuċi ċara konformi man‐newtralità Kostituzzjonali
Niżguraw politika barranija li verament tħares in‐newtralità Kostituzzjonali, daqskemm politika barranija li tkun attiva, impenjata u kapaċi tieħu pożizzjonijiet ċari favur il‐liġi internazzjonali, is‐sovranità tal‐Istati u l‐protezzjoni tan‐nies.
03. Influwenza intelliġenti għal stat żgħir
Nibnu mudell ta’ diplomazija intelliġenti li juża d‐daqs ta’ Malta bħala vantaġġ: flessibbiltà, speċjalizzazzjoni u kapaċità li tlaqqa’ nies madwar mejda.
04. Kunsens nazzjonali fil‐politika barranija u Ewropea
Noħolqu qafas konsultattiv permanenti dwar il‐politika barranija u Ewropea biex niżguraw kontinwità u serjetà.
05. White Paper dwar ir‐riskji ġeopolitiċi
Kull sentejn inressqu White Paper dwar riskji dinjin li jolqtu lil Malta.
06. Malta bħala pont ta’ djalogu fil‐Mediterran
Nippożizzjonaw lil Malta bħala pjattaforma ta’ medjazzjoni u taħdidiet Mediterranji.
07. Preżenza diplomatika strateġika
Nirristrutturaw in‐network diplomatiku skont prijoritajiet ekonomiċi u strateġiċi.
08. Diplomazija b’kejl tar‐riżultati
Nistabbilixxu miri annwali u kejl ċar tar‐riżultati għal kull missjoni diplomatika.
09. Difiża tad‐demokrazija u s‐saltna tad‐dritt
Nerġgħu nibdew nagħtu prijorità lill‐valuri fundamentali Ewropej bħad‐demokrazija, is‐saltna tad‐dritt u l‐libertà tal‐istampa, u naħdmu ma’ Stati oħra biex nikkontribwixxu favur it‐tisħiħ tal‐governanza demokratika fl‐UE u fil‐pajjiżi kandidati għal sħubija.
Malta fl‐Unjoni Ewropea
10. MEUSAC u l‐Kumitat Parlamentari
Nerġgħu inniedu il‐ħidma ta’ MEUSAC u tal‐Kumitat Permanenti dwar l‐Affarijiet Barranin u Ewropej fil‐Parlament. Fl‐aħħar 13‐il sena, il‐Gvern Laburista ma kienx kapaċi jħares biżżejjed l‐interessi ta’ pajjiżna u taċ‐ċittadini Maltin u Għawdxin f’fora internazzjonali f’oqsma kruċjali bħat‐trasport, l‐ambjent u l‐aċċess għall‐mediċini.
11. Aktar ħidma fil‐Parlament Malti
Nerġgħu nagħtu rwol aktar strutturat lill‐Parlament Malti fil‐politika Ewropea.
12. Difiża tal‐kompetittività tas‐servizzi
Niddefendu l‐interessi Maltin fis‐servizzi speċjalizzati.
13. Protezzjoni tal‐prodotti tradizzjonali Maltin
Niżguraw li l‐prodotti tradizzjonali Maltin jiġu rreġistrati għal‐livelli kollha ta’ protezzjoni Ewropea disponibbli.
14. Task force dwar il‐leġiżlazzjoni strateġika
Inniedu minn kmieni diskussjonijiet Ewropej biex ninfluwenzaw regoli ġodda li jistgħu jaffettwawna b’mod sproporzjonat.
15. Alleanzi ma’ Stati żgħar u medji
Nibnu alleanzi ma’ Stati żgħar u medji fuq diversi dossiers komuni.
16. Malta tkun lesta għall‐Presidenza tal‐UE 2030
Nippreparaw bis‐serjetà għall‐Presidenza tal‐UE 2030 bi strateġija nazzjonali mfassla mal‐Oppożizzjoni.
17. Salvagwardji fit‐Trattati tal‐UE
Gvern ġdid Nazzjonalista jiżgura li jiddefendi s‐salvagwardji fit‐Trattati tal‐UE, meta meħtieġ.
18. Kooperazzjoni aktar attiva
Nikkooperaw bis‐sħiħ għal politika barranija Ewropea aktar effettiva waqt inizjattivi għal dan il‐għan.
19. In‐newtralità Kostituzzjonali tagħna fl‐UE
Inkomplu nikkontribwixxu għall‐politika tas‐sigurtà u tad‐difiża tal‐UE b’mod kompatibbli man‐newtralità Kostituzzjonali tagħna.
20. Parteċipazzjoni f’oqsma tas‐sigurtà mhux offensivi
Nikkontribwixxu f’oqsma tas‐sigurtà bi protezzjoni ċivili, reżiljenza diġitali, ħidma kontra t‐theddid ibridu, sigurtà marittima u riċerka mhux offensiva.
21. Malta: il-vuċi tar-reġjun dwar it- tibdil fil-klima
Malta tixpruna l-pajjiżi ġirien tagħha biex jitkellmu b’vuċi waħda u bi front wieħed dwar l-urġenza tal-effetti tat- tibdil tal-klima fuq l-ekonomiji u s-socjetajiet fiċ-ċentru tal-Mediterran.
22. Relazzjonijiet transatlantiċi
Nappoġġaw relazzjonijiet aktar b’saħħithom bejn l‐Unjoni Ewropea u l‐Istati Uniti f’oqsma mhux militari bħall‐kummerċ, it‐teknoloġija u r‐reżiljenza ekonomika.
23. Appoġġ għall‐proċess ta’ tkabbir tal‐UE
Nappoġġaw il‐proċess ta’ tkabbir tal‐Unjoni Ewropea għall‐pajjiżi tal‐Balkani tal‐Punent u dawk li għażlu t‐triq Ewropea, diment li dawn ikunu jissodisfaw il‐kriterji kollha tas‐sħubija.
24. Protezzjoni mid‐diżinformazzjoni u l‐indħil barrani
Naħdmu mal‐UE biex tissaħħaħ il‐protezzjoni tal‐elezzjonijiet u l‐istituzzjonijiet mid‐diżinformazzjoni, mill‐attakki ċibernetiċi u mill‐indħil barrani.

Il‐Mediterran, l‐Afrika u l‐viċinat
Il‐Mediterran, l‐Afrika u l‐viċinat
25. Strateġija Mediterranja ġdida
Nadottaw strateġija b’objettivi relatati mas‐sigurtà marittima, il‐kummerċ, il‐klima, l‐enerġija u l‐mobbiltà.
26. Forum Malta–Mediterran–Afrika
Norganizzaw forum annwali li jgħaqqad lil gvernijiet jew kapijiet ta’ Stati, lil portijiet, lil intrapriżi u lil investituri
27. Relazzjonijiet strateġiċi mal‐Libja, it‐Tuneżija u l‐Italja
Insaħħu l‐kooperazzjoni mal‐Libja, it‐Tuneżija u l‐Italja fejn jidħlu s‐sigurtà, il‐kummerċ u s‐salvataġġ.
28. Sħubiji fuq l‐enerġija, l‐ilma, l‐ikel u l‐klima
Naħdmu ma’ sħabna tal‐Mediterran biex nistabbilixxu soluzzjonijiet għall‐isfidi ambjentali Mediterranji, inkluż tal‐enerġija u t-tniġġiż tal-baħar u tal-arja.
29. Governanza Ewropea tal‐migrazzjoni
Nappoġġaw sistema Ewropea li tgħaqqad il‐kontrolli effettivi, il‐ġlieda kontra t‐traffikar tal‐persuni, u mogħdijiet legali u trasparenti għall‐ħaddiema.
30. Diplomazija klimatika fil‐Mediterran
Naħdmu biex il‐Mediterran isir reġjun ta’ kooperazzjoni klimatika fuq il‐protezzjoni tal‐baħar, l‐enerġija rinovabbli u l‐immaniġġjar tar‐riżorsi naturali.
Sigurtà, liġi internazzjonali u reżiljenza
Sigurtà, liġi internazzjonali u reżiljenza
31. Direzzjoni ċara favur il‐liġi internazzjonali
Malta tkejjel l‐azzjonijiet ta’ Stati kbar u Stat żgħar bl‐istess kejl.
32. Reżiljenza tal‐katini tal‐provvista u l‐affarijiet essenzjali
Flimkien mal‐pajjiżi sħab, nidentifikaw prodotti kritiċi u noħolqu pjan biex dawn il‐prodotti qatt ma jkunu neqsin minn pajjiżna. Nibnu sħubiji strateġiċi għal enerġija sigura, teknoloġiji nodfa u provvisti reżiljenti.
33. Diplomazija ċibernetika
Flimkien mal‐pajjiżi sħab, nibnu unità speċjalizzata dwar in‐normi diġitali u l‐infrastruttura kritika.
34. Reżiljenza kontra t‐theddid u l‐indħil barrani
Flimkien mal‐Istati Membri tal‐UE, insaħħu s‐sistemi ta’ verifika f’setturi kritiċi.
35. Id‐diplomazija tax‐xjenza u tal‐arti
Flimkien mal‐entitajiet ikkonċernati, noħolqu programmi speċifiċi dwar id-diplomazija tax-xjenza u tal-arti.
36. Servizz konsulari modern
Nimmodernizzaw is‐servizzi konsulari b’portal uniku u pjanijiet ta’ emerġenza.
37. Skrutinju tal‐investiment barrani
Nappoġġaw mekkaniżmi Ewropej aktar b’saħħithom biex jiġi skrutinizzat l‐investiment barrani f’infrastruttura kritika u teknoloġija sensittiva.
38. Reżiljenza kontra theddid ibridu
Nikkontribwixxu favur il‐qbid u l‐ġlieda kontra t‐theddid ibridu, inkluż il‐pressjoni ekonomika u l‐manipulazzjoni tal‐informazzjoni.
39. Diplomazija umanitarja
B’ħidma sfiqa, nappoġġaw rispons umanitarju Ewropew aktar effettiv għall‐kriżijiet dinjin.
Aċċess għas‐swieq u diplomazija ekonomika
Aċċess għas‐swieq u diplomazija ekonomika
40. Kompetittività u s‐suq Ewropew
Innaqqsu l‐piżijiet burokratiċi billi nissimplifikaw il‐proċessi amministrattivi u nnaqqsu d‐dewmien, inħaffu l‐implimentazzjoni tar‐regolamenti b’koordinazzjoni aħjar bejn l‐entitajiet, u nsaħħu l‐parteċipazzjoni fis‐Suq Diġitali Uniku biex in‐negozji Maltin ikunu jistgħu joperaw b’mod aktar effiċjenti u kompetittiv madwar l‐UE.
41. Trade desks barra minn Malta
Niftħu trade desks tematiċi f’hubs barranin, b’fokus fuq setturi speċifiċi, biex nappoġġaw lill‐kumpaniji Maltin jidentifikaw opportunitajiet u jibnu relazzjonijiet kummerċjali ġodda.
42. Malta fil‐World Trade Organisation (WTO)
Insaħħu l‐kapaċità teknika ta’ Malta fil‐WTO biex inkunu nistgħu nipparteċipaw b’mod aktar effettiv fid‐diskussjonijiet u niddefendu l‐interessi nazzjonali.
43. Sħubija strateġika għal swieq ġodda
Nikkoordinaw ir‐riżorsi lejn swieq magħżula b’mod strateġiku, biex inżidu l‐preżenza kummerċjali ta’ Malta u niffukaw fuq opportunitajiet konkreti ta’ tkabbir.
44. SMEs lesti għall‐esportazzjoni
Biex pajjiżna jkun aħjar fix‐xenarju dinji, fi żmien tliet snin nintroduċu sistema ta’ pariri personalizzati għall‐SMEs, biex ikunu jistgħu jħejju ruħhom aħjar għall‐esportazzjoni u jtejbu l‐kompetittività tagħhom.
45. Appoġġ għall‐brands Maltin
Inniedu Fond speċjali biex noħolqu marki kummerċjali Maltin, b’appoġġ għall‐iżvilupp, il‐promozzjoni u il‐pożizzjonament tagħhom fis‐swieq internazzjonali.
46. Kumpaniji Maltin kompetittivi
Nassistu lill‐kumpaniji biex jipparteċipaw f’sejħiet għall‐offerti Ewropej, inkluż bi gwida u appoġġ biex jifhmu u jilħqu r‐rekwiżiti meħtieġa.
47. Missjonijiet kummerċjali immirati
Nibdlu l‐mudell ta’ trade missions għal delegazzjonijiet iżgħar u settorjali, biex ikunu aktar iffokati u effettivi fil‐ħolqien ta’ opportunitajiet kummerċjali konkreti.
48. Ftehimiet ekonomiċi li jiftħu l‐bibien tal‐opportunitajiet
Nidentifikaw u nappoġġaw ftehimiet ekonomiċi li jiftħu swieq konkreti, biex in‐negozji Maltin ikollhom aċċess aħjar għal opportunitajiet ġodda.
49. Awditjar tat-tħejjija għall‐esportazzjoni
Nipprovdu awditjar volontarju lill‐SMEs biex jevalwaw il‐livell ta’ tħejjija tagħhom għall‐esportazzjoni u jidentifikaw oqsma fejn jistgħu jitjiebu.
50. Appoġġ għal ftehimiet kummerċjali Ewropej
Nappoġġaw ftehimiet kummerċjali tal‐UE li jiftħu swieq ġodda għall‐SMEs Maltin, sakemm dawn ikunu jipproteġu l‐istandards Ewropej u jiżguraw kundizzjonijiet kompetittivi ġusti.
51. Tmexxija Ewropea fid‐diġitalizzazzjoni u l‐AI
Nappoġġaw it‐tmexxija Ewropea fil‐governanza tal‐AI u fil‐kompetittività diġitali, biex Malta tibqa’ timxi paripassu mal‐iżviluppi u ssaħħaħ il‐pożizzjoni tagħha f’dan il‐qasam.
52. Koperazzjoni dwar l‐infrastruttura taħt il‐baħar
Il‐ġid ekonomiku ta’ Malta jiddependi fuq il‐cables taħt il‐baħar, il‐pipelines u l‐konnettività tal‐enerġija li jgħaqqduna mal‐bqija tal‐kontinent u tad‐dinja.
Naħdmu sabiex insaħħu l‐koperazzjoni, il‐qsim tal‐informazzjoni u l‐monitoraġġ teknoloġiku mas‐sħab tagħna fl‐UE u fil‐Mediterran sabiex nipproteġu din l‐infrastruttura kritika, filwaqt li nikkollaboraw flimkien biex niżguraw li din l‐infrastruttura diġitali u tal‐enerġija tagħna, jibqgħu siguri, reżiljenti u protetti minn kull tfixkil.