Ninvestu aktar fl-edukazzjoni taż-żgħażagħ tagħna
AĦBAR

Ninvestu aktar fl-edukazzjoni taż-żgħażagħ tagħna

Il-Kap tal-PN Alex Borg f’laqgħa sabiħa mal-istudenti tal-Giovanni Curmi Higher Secondary fin-Naxxar

Il-Kap tal-PN Alex Borg f’laqgħa sabiħa mal-istudenti tal-Giovanni Curmi Higher Secondary fin-Naxxar

Irridu nkomplu ninvestu fl-edukazzjoni taż-żgħażagħ tagħna.

Il-PN jagħraf il-potenzjal akbar li għandha l-Giovanni Curmi Higher Secondary u jrid ipoġġiha fuq l-istess livell ta’ istituzzjonijiet post-sekondarji oħra.

Dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg żar l-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary fin-Naxxar, magħrufa bħala l-Higher fejn intlaqa’ mill-Kap tal-Iskola Anna Spiteri Meilak u mill-Prinċipal Flavia Joanna Grima, u mill-istudenti li ħadu l-opportunità biex iwaqqfuh u jistaqsuh aktar dwar dak li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista għalihom, kemm bħala studenti ta’ din l-iskola kif ukoll bħala żgħażagħ. Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjegalhom x’inhi l-viżjoni tal-PN għas-settur taż-żgħażagħ kemm fl-edukazzjoni kif ukoll għal oqsma oħra li jolqtuhom.

Hu ltaqa’ wkoll mal-membri tal-Kunsill tal-Istudenti li spjegawlu d-diffikultajiet li għandhom u l-viżjoni tagħhom għal skola aħjar.

Għal din iż-żjara kienu preżenti wkoll il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista Charles Azzopardi, Bernice Bonello, Eve Borg Bonello, James Aaron Ellul, Stefan Caruana, Jerome Caruana Cilia u Justin Schembri.

12.05.2026