Abela u l-klikka tiegħu jaħsbu li kulħadd bħalhom
Robert Abela u l-klikka tiegħu jkejlu b’xibirhom għax jaħsbu li kulħadd bħalhom.
B’referenza għall-istqarrija tal-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista jinnota kif din tkompli tikkonferma li Robert Abela u l-klikka tiegħu jafu biss ikejlu b’xibirhom. Għax kollha għandhom x’jaħbu, jaħsbu li kulħadd bħalhom.
Filwaqt li Robert Abela u dawk tal-klikka tiegħu medhijin jheddu lil xulxin b’dak li jafu dwar xulxin, pajjiżna qed ibati l-konsegwenzi tad-deċiżjonijiet ħżiena li Abela u l-Ministri tiegħu ħadu fl-aħħar snin u li wasslu biex il-familji Maltin u Għawdxin qed ibatu minn għoli tal-ħajja sfrenat, żieda fil-popolazzjoni bla rażan, dħaħen u tniġġis, u staġnar ta’ traffiku.
04.04.2025