Aktar minn nofs in-negozji f’Għawdex jistennew li se jkollhom jgħollu l-prezzijiet

F’Settembru, qabel il-Budget, 53% tan-negozji mistħarrġa f’Għawdex qalu li kienu qed jistennew li jkollhom jgħollu l-prezzijiet tagħhom fis-sitt xhur ta’ wara. Dan joħroġ mill-istħarriġ li għamlu flimkien il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex u l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex.

F’Settembru, qabel il-Budget, 53% tan-negozji mistħarrġa f’Għawdex qalu li kienu qed jistennew li jkollhom jgħollu l-prezzijiet tagħhom fis-sitt xhur ta’ wara. Dan joħroġ mill-istħarriġ li għamlu flimkien il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex u l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex.

L-istess stħarriġ juri l-pressjoni li hemm fuq dawn in-negozji. Minn kull mitt negozju li wieġbu, 81 qalu li qed jistennew li fix-xhur li ġejjin se jkollhom iħallsu aktar għall-prodotti u s-servizzi li jixtru biex jopera. Dan hu l-ogħla numru ta’ negozju li qalu hekk minn meta beda jsir l-istħarriġ. L-ebda wieħed min-negozji li wieġbu għall-istħarriġ ma stenna li dawn l-ispejjeż se jonqsu.

Għall-familji Għawdxin, dan ifisser li se jkollhom iħallsu aktar flus biex jagħmlu l-istess xirja. Meta tal-ħanut ikollu jħallas aktar għall-prodott, jasal punt fejn ma jkunx jiflaħ jibqa’ jżomm l-istess prezz għal dak il-prodott fuq l-ixkaffa, u l-piż ikollu jgħaddi għand in-nies.

Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern biex, qabel ma jgħabbi lin-negozji b’aktar spejjeż, bħal mhu jagħmel meta jgħid li qed jippretendi li n-negozzji jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li introduċa fil-Budget minħabba l-iżballji fil-mudell ekonomiku tiegħu fl-aħħar 13-il sena, iqis kemm minn dak il-piż se jispiċċa fuq il-familji. Il-ħwienet u l-intrapriżi ż-żgħar ta’ Għawdex għandhom bżonn Gvern li jgħinhom iżommu l-prezzijiet stabbli, u l-familji Għawdxin għandhom bżonn l-istess serħan il-moħħ

Michael Piccinino
Shadow Minister għas-Self-Employed, l-Intrapriżi Żgħar u l-Koperattivi

Frank Anthony Tabone
Shadow Minister għal Għawdex

23.11.2026