Awguri lil Ħamrun Spartans!
Il-PN jifraħ lil Ħamrun Spartans li saru l-ewwel klabb tal-futbol Malti li kkwalifika għall-fażi tal-gruppi f’kompetizzjoni tal-UEFA
Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Ħamrun Spartans talli kitbu l-istorja meta lbieraħ saru l-ewwel klabb tal-futbol Malti li qatt irnexxielu jikkwalifika għall-fażi tal-gruppi f’kompetizzjoni tal-UEFA.
Din il-kwalifikazzjoni storika seħħet wara rebħa f’Malta u draw barra minn pajjiżna kontra RFS tal-Latvja, li wasslu għal mument ta’ glorja bla preċedent għal pajjiżna.
B’dan ir-riżultat storiku, l-Ispartans se javvanzaw għall-istadju li jmiss tal-UEFA Conference League – xi ħaġa li l-ebda klabb ieħor f’Malta ma rnexxielu jagħmel qabel fl-Ewropa.
Nirrikonoxxu l-ħidma tal-plejers, il-coaches u l-istaff tekniku, kif ukoll l-appoġġ qawwi tal-partitarji li dejjem kienu fuq quddiem biex isostnu lit-tim tagħhom.
Il-PN jawgura lil Ħamrun Spartans għall-fażi li jmiss.
Andrè Muscat
President, Tim Sport PN
David Agius
Shadow Minister għall-Fondi Ewropej u l-Isport
29.08.2025