Bil-Labour fil-gvern, inqattgħu ħames snin oħra mwaħħlin fit-traffiku
Għall-kuntrarju, mal-PN taf fejn int u fi tmiem l-ewwel leġiżlatura jkollna l-ewwel linja tat-trasport tal-massa.
Għall-kuntrarju, mal-PN taf fejn int u fi tmiem l-ewwel leġiżlatura jkollna l-ewwel linja tat-trasport tal-massa
Taħt il-Labour se tibqa’ maqbud fit-traffiku. Anke fil-ħames snin li ġejjin.
Bil-pjan li ħabbar il-Gvern ilbieraħ, se jmorru tajjeb biss il-konsulenti li, bil-Partit Laburista fil-gvern, se jibqgħu jitħallsu l-miljuni għal aktar studji.
Sa issa rajna biss studji, u jekk il-Labour jerġa’ jitla’ fil-gvern – b’ammissjoni tiegħu stess ilbieraħ – għandek ħames snin oħra mwaħħal għal sigħat sħaħ fit-traffiku waqt li l-Gvern jibqa’ jistudja biex forsi erba’ snin oħra jibda x-xogħol, u fi żmien 15-il sena oħra jkollna sistema ġdida.
U għal dawn l-istudji nħallsu jien u int, waqt li nkomplu nżidu d-dejn. Għax kif qalilna l-Ministru Clyde Caruana din il-ġimgħa stess meta tgħidx kemm ftaħar li dalwaqt se jagħmel surplus, il-Gvern ma ħasibx għall-ispiża ta’ kemm se jiġi jiswa l-proġett tal-metrò u ċ-ċifri li ħabbar ma jinkludux in-nefqa ta’ kemm hu proġettat li jiswa dan il-proġett.
Din il-ġimgħa stess Caruana ammetta li ċ-ċifri jkunu jridu jiġu aġġustati, waqt li wissa li allaħares proġett bħal dak imur ħażin għax dan ikollu impatt qawwi fuq il-finanzi tal-gvern.
Għall-kuntrarju, mal-Partit Nazzjonalista, taf fejn int.
Fl-ewwel 100 jum ta’ Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Alex Borg, ikun varat qafas ta’ implimentazzjoni għal proġett ta’ trasport tal-massa, u fl-ewwel leġiżlatura tkun lesta l-ewwel linja ta’ din is-sistema moderna tat-trasport li tant għandu bżonn pajjiżna.
Huwa ċar li dan il-Gvern mhuwiex se jwettaq dan il-proġett importanti u bżonjuż għal pajjiżna. Għandna Prim Minisrtru jgħid mod, il-Ministru tal-Finanzi jgħid le, u l-Ministru tat-Trasport iħabbar iktar studji.
Toni Bezzina
Shadow Minister għat-Trasport, l-Agrikoltura u s-Sajd
Bernard Grech
Shadow Minister għall-Proġetti Kapitali u l-Infrastruttura
Ivan Castillo
Shadow Minister għax-Xogħol, is-Settur Marittimu u l-Avjazzjoni
24.04.2026