Chayenne Riolo approvata bħala Direttur tal-Komunikazzjoni tal-Partit Nazzjonalista
Illejla, il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista approva l-ħatra ta’ Chayenne Riolo bħala Direttur tal-Komunikazzjoni tal-Partit.
Chayenne Riolo hija ġurnalista u gradwata fl-infermerija mill-Università ta’ Malta. Bħalissa qed issegwi l-kors tal-Master of Arts in Public Policy Leadership.
Bejn l-2024 u l-2026, serviet bħala Viċi Chairperson tal-European Democrat Students (EDS), l-organizzazzjoni tal-istudenti tal-Partit Popolari Ewropew.
Il-Partit Nazzjonalista jawgura lil Chayenne Riolo kull suċċess fir-responsabbiltà l-ġdida tagħha.
17.11.2026
