Clayton Bartolo jaħrab mir-responsabbiltajiet tiegħu minħabba l-problemi li daħal fihom
Wara l-problemi li daħal fihom bl-aħħar skandlu – fejn ħallas kważi €70,000 lil dik li saret il-mara tiegħu għal xogħol li qatt ma sar – Clayton Bartolo issa qed jaħrab mir-responsabbiltajiet tiegħu lejn l-industrija li suppost jieħu ħsieb.
L-industrija tal-ospitalità, li hija settur kruċjali għall-ekonomija Maltija, jistħoqqilha l-attenzjoni sħiħa tal-Ministru. Mhuwiex aċċettabbli li dan jonqos mir-responsabbiltajiet tiegħu minħabba li jkun aljenat bi problemi oħra li ħoloq hu stess.
Clayton Bartolo donnu qed jittieħed mill-mara tiegħu, ma jagħmilx xogħlu u jippretendi li jibqa’ jitħallas.
Din hija prova oħra li pajjiżna għandu bżonn gvern iffukat fuq is-soluzzjonijiet tal-problemi tal-poplu, mhux fuq problemi interni li l-istess Gvern ħoloq.
Din hi prova ċara li l-pożizzjoni ta’ Clayton Bartolo m’għadhiex tenibbli, għandu jirrifondi l-flus lura u jirriżenja, u Robert Abela qed jonqos lejn il-poplu Malti u Għawdxi billi ma jiħux azzjoni biex ineħħi lill-Ministru Bartolo kif ukoll lil Clint Camilleri.
12.11.2024