Clyde Caruana għandu jippubblika r-rapport immedjatament

In-nies ħaqqhom ikunu jafu x’fih illum.

Bħalma Clyde Caruana għandu dritt jispjega r-rapport, il-poplu għandu dritt jarah

Wara d-dibattitu sħiħ bejn Robert Abela u Clyde Caruana dwar min għandu jippubblika r-rapport li għamel Clyde Caruana fl-2018, issa l-Ministru qed jgħid li se jkun qed jippubblikah fil-ġimgħat li ġejjin.

Ir-rapport sewa lill-poplu Malti u Għawdxi €90,000. Għalhekk min ħallas għalih għandu jkun jaf x’fih illum, u mhux meta jidhirlu l-Ministru. Jekk Clyde Caruana jrid jispjega r-rapport għandu kull dritt, iżda mhux għas-skapitu tal-publikazzjoni immedjata tiegħu.

Clyde Caruana, ħu r-responsabbiltà ta’ dak li ktibt int stess u ppubblika dan ir-rapport, b’mod immedjat.

In-nies ħaqqhom ikunu jafu x’fih illum.

21.11.2026