Deċiżi liema distretti se jċedu l-Kap tal-PN u s-sitt Membri Parlamentari tal-PN eletti minn żewġ distretti fl-elezzjoni ġenerali

Wara li sar il-proċess biex jiġu deċiżi dawk id-distretti li għandhom iċedu d-Deputati eletti minn żewġ distretti, il-Partit Nazzjonalista qed jikkomunika liema se jkunu dawn id-distretti elettorali fejn iridu jsiru l-elezzjonijiet każwali.

Dan jiftaħ it-triq biex ikunu jistgħu jsiru l-elezzjonijiet każwali fuq dawn id-distretti elettorali

Wara l-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li għadda, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Alex Borg, flimkien ma’ sitt Membri Parlamentari oħra tal-Partit Nazzjonalista, ġew eletti bħala Membri Parlamentari minn żewġ distretti.

Wara li sar il-proċess biex jiġu deċiżi dawk id-distretti li għandhom iċedu d-Deputati eletti minn żewġ distretti, il-Partit Nazzjonalista qed jikkomunika liema se jkunu dawn id-distretti elettorali fejn iridu jsiru l-elezzjonijiet każwali.

  • Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Alex Borg ġie elett mit-tnax (12) u tlettax-il (13) distrett, u se jkun qed iċedi s-siġġu fuq it-tnax-il (12) distrett elettorali.
  • Stephen Spiteri ġie elett mit-tieni (2) u t-tielet (3) distrett, u se jkun qed iċedi s-siġġu fuq it-tielet (3) distrett elettorali.
  • Mark Anthony Sammut ġie elett mir-raba’ (4) u l-għaxar (10) distrett, u se jkun qed iċedi s-siġġu tal-għaxar (10) distrett elettorali.
  • Conrad Borg Manché ġie elett mill-ħames (5) u l-għaxar (10) distrett, u se jkun qed iċedi s-siġġu fuq il-ħames (5) distrett elettorali.
  • Adrian Delia ġie elett fuq is-seba’ (7) u t-tmien (8) distrett, u se jkun qed iċedi s-siġġu tas-seba’ (7) distrett elettorali.
  • Rebekah Borg ġiet eletta mis-seba’ (7) u l-ħdax-il (11) distrett, u se tkun qed iċċedi s-siġġu fuq is-seba’ (7) distrett elettorali.
  • Joe Giglio ġie elett fuq id-disa’ (9) u l-għaxar (10) distrett, u se jkun qed iċedi s-siġġu tal-għaxar (10) distrett elettorali.

Dan jiftaħ it-triq biex ikunu jistgħu jsiru l-elezzjonijiet każwali fuq dawn id-distretti li ġew ċeduti.

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lid-Deputati kollha tiegħu li ġew eletti fl-elezzjoni ġenerali li saret nhar is-Sibt li għadda kif ukoll lil dawk li għad iridu jiġu eletti fl-elezzjonijiet każwali li se jsiru fil-jiem li ġejjin, u anke lill-kandidati nisa li se jitilgħu fil-Parlament bil-mekkaniżmu tal-ugwaljanza.

Il-PN irodd ħajr ukoll lill-kandidati kollha li kkontestaw din l-elezzjoni ġenerali f’ismu u offrew lilhom infushom biex ikunu ta’ servizz għall-Partit u għall-pajjiż.

05.06.2026