Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fiċ-Ċina fuq stedina tal-Gvern Ċiniż
Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, immexxija mis-Segretarju Ġenerali Charles Bonello, bdiet żjara fiċ-Ċina fuq stedina tal-Gvern Ċiniż.
Id-delegazzjoni se jkollha għadd ta’ laqgħat mal-amministrazzjoni Ċiniża. Se żżur ukoll siti industrijali u jkollha laqgħat fihom, fosthom f’siti marbuta mal-intelliġenza artifiċjali u mal-enerġija rinnovabbli.
18.11.2026