Eletti r-Rappreżentanti Distrettwali tal-Kunsillieri Lokali u l-Kumitati Sezzjonali tal-PN fil-Kumitat Eżekuttiv

Għada ssir il-votazzjoni biex jiġu eletti t-18-il rappreżentant tal-Kunsill Ġenerali fl-Eżekuttiv

Il-Partit Nazzjonalista qed ikompli għaddej bil-proċess ta’ tiġdid hekk kif bejn ibieraħ u għada l-Ġimgħa qed isiru numru ta’ elezzjonijiet biex jiġu eletti membri ġodda fuq il-Kumitat Eżekuttiv.

Dan bħala parti mill-Kunsill Ġenerali amministrattiv bit-tema Dan hu l-Mument li se jkun qed jiltaqa’ fi tmiem din il-ġimgħa u jilħaq il-qofol tiegħu bid-diskors tal-Kap tal-PN Alex Borg nhar il-Ħadd.

Ilbieraħ saret il-votazzjoni għar-Rappreżentanti Distrettwali tal-Kumitati Sezzjonali tal-PN u tal-Kunsillieri Lokali tal-PN fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, waqt li nhar il-Ġimgħa se ssir il-votazzjoni biex jiġu eletti fl-Eżekuttiv 18-il rappreżentant tal-Kunsill Ġenerali.

Il-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-Partit Nazzjonalista qed tħabbar li dawn li ġejjin huma r-riżultat tal-elezzjonijiet li saru lbieraħ:

Elezzjoni ta’ Rappreżentanti tal-Kunsillieri Lokali fl-Eżekuttiv
Distrett 1     Roberta Bonello
Distrett 2     Leone Sciberras
Distrett 3     John Baptist Camilleri
Distrett 4     Mark Lombardo
Distrett 5     Noel Galea
Distrett 6     Julian Borg
Distrett 7     Jean Paul Barbara
Distrett 8     Anthony Dalli (l-ewwel sena), Pierre Sciberras (it-tieni sena)
Distrett 9     Charles Selvaggi
Distrett 10  Jacqueline Higgans
Distrett 11  Stefan Cordina
Distrett 12  Paul Vella
Distrett 13   Karl Buttigieg (saret aktar kmieni)

Fil-każ ta’ Distrett 8, iż-żewġ kandidati ġabu voti ndaqs u għaldaqstant intlaħaq ftehim li wieħed iservi għall-ewwel sena, u l-ieħor għat-tieni sena.

Elezzjoni ta’ Rappreżentanti tal-Kumitati Sezzjonali fl-Eżekuttiv
Distrett 1     Ryan Attard
Distrett 2     Malcolm Gatt
Distrett 3     Denis Vella
Distrett 4     Raymond Cassar
Distrett 5     Kyle Mifsud
Distrett 6     Patrick Balzan
Distrett 7     Sergio Mallia
Distrett 8     Maurizio Gauci
Distrett 9     Colin Bowman
Distrett 10  Gabriel Zarouk
Distrett 11  Paul Ciantar
Distrett 12  Emvin Bartolo
Distrett 13   Għad trid issir

Wara li lbieraħ ġew eletti fl-Eżekuttiv rappreżentant tal-Kunsillieri Lokali tal-PN u rappreżentant tal-Kumitati Sezzjonali tal-PN għal kull distrett, issa jonqos l-elezzjoni għar-rappreżentanti tal-Kunsill Ġenerali ta’ għada l-Ġimgħa biex dan il-proċess ikun komplut.

Fl-elezzjoni ta’ għada l-Kunsillieri tal-Kunsill Ġenerali se jivvutaw biex jeleġġu sitt (6) rappreżentanti rġiel, sitt (6) nisa, erba’ (4) żgħażagħ u żewġ (2) rappreżentanti minn Għawdex, għal total ta’ 18-il rappreżentant. B’kollox hemm 34 kandidat li qed jikkontestaw għal dawn l-erba’ listi.

Il-votazzjoni ta’ għada se ssir fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà (Malta) bejn 12pm u d-9pm, u fis-Sub Headquarters tal-PN f’Ta’ Sannat (Għawdex) bejn 12pm u s-7pm. Il-Kunsillieri jistgħu jivvutaw f’wieħed mill-postijiet tal-votazzjoni skont il-preferenza tagħhom, mingħajr il-bżonn li javżaw minn qabel. L-għadd tal-voti se jsir għada stess u r-riżultat uffiċjali jitħabbar nhar il-Ħadd waqt l-aħħar sessjoni tal-Kunsill Ġenerali.

Il-Kummissjoni Elettorali tal-PN tfakkar li biex wieħed jivvota f’din l-elezzjoni jrid iġib miegħu l-Karta tal-Identità u juriha biex jingħata l-polza tal-vot. Kull Kunsillier tal-PN għandu dritt għal vot separat għal kull waħda mill-erba’ listi.

Mario Callus
Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN

16.10.2025