Fake News oħra tal-Labour u l-midja tiegħu
L-aħbar deskritta bħala “esklussiva” li ħareġ biha l-Labour illum permezz tal-midja tiegħu mhi xejn għajr Fake News oħra minn dawk li llum saru esperti tal-Fake News.
Mhu minnu xejn li l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista b’xi mod ma ddiskutiex u ma approvax li toħroġ l-istqarrija li ħarġet ilbieraħ. Il-kontenut tal-istqarrija kien ukoll diskuss fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-PN.
Il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista jtenni l-pożizzjoni tiegħu li l-poplu Malti jixraqlu Speaker tal-Parlament li jkun imparzjali, serju u demokratiku.
Paula Mifsud Bonnici
Aġent Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista
13.03.2025