Francine Farrugia tirriżenja mill-PN u minn kunsilliera fis-Siġġiewi

Wara l-iżviluppi mill-Qorti relatati mal-każ ta’ Francine Farrugia, li seħħew aktar kmieni llum, il-Partit Nazzjonalista għamel kuntatt mal-Avukat tagħha u ġie infurmat li Farrugia irriżenjat minn kull kariga fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, kif ukoll minn kunsilliera fil-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.

Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jistenna li l-każ jieħu l-proċess tiegħu, jibqa’ dejjem jesiġi l-ogħla standards mir-rappreżentanti tiegħu.

07.08.2025