Grazzi lil Bernard Grech tal-ħidma fost l-isportivi

Tim Sport Partit Nazzjonalista tixtieq tesprimi l-apprezzament u r-rikonoxximent tagħha lejn Bernard Grech għall-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Kemm dam Kap tal-PN, Bernard Grech wera tmexxija b’sens qawwi ta’ responsabbiltà, valuri sodi u rispett lejn kull membru tal-Partit u l-komunità. B’mod partikolari, Tim Sport PN tirrikonoxxi l-appoġġ li dejjem taha Bernard Grech tul il-ħames snin li ilu Kap tal-Partit Nazzjonalista, li matulhom dejjem wera interess ġenwin fil-promozzjoni tal-isport u l-għaqda fost l-isportivi.

Bernard Grech wera li l-politika tista’ titmexxa b’dinjità u impenn lejn is-servizz pubbliku.

Għaldaqstant, napprezzaw bis-sħiħ il-kontribut tiegħu, u nawgurawlu kull suċċess fil-ħidma futura tiegħu.

Grazzi, Bernard Grech.

Andrè Muscat
President, Tim Sport PN

16.06.2025