Il-Labour fis-saħħa ma jitwemminx

L-eks Ministru tas-Saħħa Laburista Chris Fearne – li f’din il-kampanja elettorali donnu reġa’ nħatar il-kelliem tal-Labour għas-saħħa – ipprova jirredikola l-pjan studjat li ħabbar il-Partit Nazzjonalista għal dan il-qasam.

Dalgħodu qalilna li l-proposti li ħabbar il-PN favur dawk li jieħdu s-servizzi tas-saħħa se jitfgħuna lura s-snin.

Li żgur mhux se jagħmlu l-proposti tal-PN hu li jitfgħu lura lill-pajjiż €900 miljun minn flus il-poplu kif insterqu minn fuq is-saħħa tan-nies b’dak li hu stess kien sejjaħlu “the real deal” – ftehim li ssarraf biss f’duħħan u li llum hu stess qed jagħmel minn kollox biex jiddiżassoċja ruħu minnu.

U l-Labour irid jattakka lil ħaddieħor fuq il-kredibbiltà fil-qasam tas-saħħa!

30.04.2026