Il-Labour f’paniku: Tkompli l-kampanja tad-dlam
Il-Labour nixef mill-ideat u spiċċa negattività biss; il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ ffukat fuq kif se jtejjeb il-ħajjiet tan-nies
Il-Labour nixef mill-ideat u spiċċa negattività biss; il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ ffukat fuq kif se jtejjeb il-ħajjiet tan-nies
Tal-Labour jinsabu f’paniku. Kull darba li l-Partit Nazzjonalista jħabbar miżura ffukata fuq in-nies u l-bżonnijiet tagħhom, tal-Labour jinfexxew f’attakki u negattività.
Wara li lbieraħ il-Partit Nazzjonalista ħabbar miżuri li se jagħtu Nifs Ġdid lill-first-time buyers u nies separati, tal-Labour reġgħu ħarġu lil Clyde Caruana biex ikomplu bil-kampanja tad-dlam tagħhom.
Jekk qatt kien hemm xi dubju, issa hu ċar kristall kemm il-Labour ta’ Robert Abela nixef għalkollox mill-ideat u f’paniku spiċċa jagħmel kampanja ta’ negattività minflok jippreżenta proposti serji għall-ħames snin li ġejjin.
Robert Abela u sħabu ħasbu li se jsibu Partit Nazzjonalista mhux ippreparat. L-ironija hi li minkejja li l-elezzjoni sejħuha huma sena qabel, huwa l-Partit Laburista li qed jidher kemm ma fadallu xejn x’joffri lill-Maltin u l-Għawdxin u issa spiċċa panic station.
Waqt li ħaddieħor qed jinfexx fin-negattività, il-Partit Nazzjonalista jibqa’ ffukat fuq dak li għandhom bżonn in-nies u se jkompli jippreżenta l-proposti tiegħu biex wara t-30 ta’ Mejju jagħti Nifs Ġdid lil pajjiżna.
14.05.2026