Il-Partit Laburista tilef kull kredibbiltà mal-Għawdxin
Wara li fi 13-il sena tahom vapur imsaddad, issa qed iwegħedhom l-ilma jiżfen
Wara li fi 13-il sena tahom vapur imsaddad, issa qed iwegħedhom l-ilma jiżfen
Wara li l-Partit Laburista nesa kompletament lill-Għawdxin għal 13-il sena sħaħ, issa qed iwegħedhom l-ilma jiżfen.
Ilbieraħ Robert Abela wiegħed lill-Għawdxin se jagħtihom ħames vapuri.
Gvern li l-idea tiegħu ta’ konnettività aħjar għall-Għawdxin kienet vapur imsaddad li ma jridu ħadd ma baqagħlu l-ebda kredibbiltà. U issa jekk tmur bil-mixi, se jtellgħek b’xejn fuq vapur bla lift.
Gvernijiet Nazzjonalisti fi ftit snin taw lill-Għawdxin tliet vapuri ġodda li għadhom l-akbar investiment li qatt sar fil-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.
Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti Nifs Ġdid lill-Għawdxin u jerġa’ jinvesti bis-serjetà fil-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.
30.04.2026