Il-Partit Nazzjonalista hu l-uniku partit li qed jirrappreżentak fil-Parlament
Il-Gvern ta’ Robert Abela qed ifallik kuljum; jirrappreżenta biss lilu nnifsu
Għada fil-Parlament se jittieħdu żewġ voti fuq żewġ Mozzjonijiet differenti. Waħda mressqa mill-Gvern u l-oħra mressqa mill-Oppożizzjoni.
F’kummenti li ta llum lejliet li jittieħdu dawn il-voti, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Mozzjoni tal-Gvern trid tieħu d-drittijiet taċ-ċittadin li jitlob investigazzjoni billi jitlob Inkjesta Maġisterjali. Tibdil fil-liġi intiż biss biex jissalvagwardja lill-Gvern filwaqt li jagħlaq ħalq in-nies.
Għall-kuntrarju, il-Mozzjoni tal-Partit Nazzjonalista trid tagħtik. Trid tagħtik l-għodda biex flimkien niġġieldu kontra l-għoli tal-ħajja.
Il-Mozzjoni tal-Gvern fiha s-soluzzjoni għall-Gvern u għal dawk ta’ madwaru li għandhom x’jaħbu.
Għall-kuntrarju l-Mozzjoni tal-Partit Nazzjonalista fiha s-soluzzjonijiet għalik, biex int tgħix ħajja aħjar.
Il-Partit Nazzjonalista hu l-uniku partit li qiegħed fil-Parlament biex jirrappreżentak u jiġġieled għad-drittijiet tiegħek kontra Gvern li qed ifallik kuljum.
11.03.2025
– Ara l-kumment tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista hawn.