Il-Partit Nazzjonalista jappella biex jiġu implimentati għadd ta’ għajnuniet biex negħlbu l-problema tal-għoli tal-ħajja

L-aħħar ġranet kienu għal darba oħra kkaratterizzati mill-fatt li reġgħu żdiedu b’mod sostanzjali l-prezzijiet ta’ diversi prodotti u servizzi essenzjali għall-familji Maltin u Għawdxin. 

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jappella lill-Gvern biex idaħħal fis-seħħ numru ta’ soluzzjonijiet li ilu jipproponi. Fost dawn hemm: 

  • Li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja (COLA) m’għandhiex tkun intaxxata, biex tħalli aktar flus fil-bwiet tal-ħaddiema
  • Tax credits lil min iħaddem, biex dawn ma jkunux sfurzati jgħollu l-prezzijiet bħala riżultat tal-COLA
  • Il-ħolqien ta’ Fond Nazzjonali biex nappoġġaw lill-industriji li jimpurtaw jew jesportaw, sabiex jibbilanċjaw l-ispejjeż li qed jikkontribwixxu għall-għoli tal-ħajja
  • Mudell ekonomiku ġdid b’setturi innovattivi, immirat lejn ħolqien ta’ xogħlijiet ta’ kwalità li jħallsu pagi aħjar lill-ħaddiema. 

Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern biex ma jibqax iwebbes rasu u jimplimenta dawn is-soluzzjonijiet biex ngħinu lill-familji Maltin u Għawdxin jiffaċċjaw l-isfidi tal-għoli tal-ħajja.

Ivan Castillo
Shadow Minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Għoli tal-Ħajja

31.01.2025