Il-Partit Nazzjonalista jawgura kull suċċess lil Team Malta fil-Logħob tal-Commonwealth 2026 fi Glasgow

Nilqgħu wkoll id-debutt storiku ta’ Malta fil-para sport fil-Logħob tal-Commonwealth u nawguraw kull suċċess lill-para atleta li se jkun qed jirrappreżenta lil Malta u lill-Kumitat Paralimpiku Malti.

Il-Partit Nazzjonalista jawgura kull suċċess lill-atleti Maltin li qed jikkompetu fil-Logħob tal-Commonwealth 2026 fi Glasgow, hekk kif illum jibdew il-kompetizzjonijiet rispettivi tagħhom.

Li tirrappreżenta lil Malta fix-xena internazzjonali huwa unur kbir u kisba importanti. Id-dedikazzjoni, id-dixxiplina u s-sagrifiċċji tal-atleti tagħna huma sors ta’ kburija u ispirazzjoni għall-pajjiż kollu.

Nilqgħu wkoll id-debutt storiku ta’ Malta fil-para sport fil-Logħob tal-Commonwealth u nawguraw kull suċċess lill-para atleta li se jkun qed jirrappreżenta lil Malta u lill-Kumitat Paralimpiku Malti.

Il-Partit Nazzjonalista jestendi l-isbaħ xewqat tiegħu lill-kontinġent Malti kollu, immexxi mill-Kumitat Olimpiku Malti, inklużi l-atleti, il-coaches, l-uffiċjali u t-timijiet ta’ appoġġ.

Ninsabu ċerti li se jagħtu l-aħjar tagħhom u jagħmlu lil Malta u Għawdex kburin.

Graham Bencini
Shadow Minister għall-Isport

23.07.2026