Il-Partit Nazzjonalista jawgura kull suċċess lill-atleti Maltin fil-Logħob tal-Mediterran Taranto 2026
Il-Partit Nazzjonalista jawgura kull suċċess lill-35 atleta Malti li qed jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-Logħob tal-Mediterran Taranto 2026, li jibdew illum f’Taranto, l-Italja.
Il-Partit Nazzjonalista jawgura kull suċċess lill-35 atleta Malti li qed jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-Logħob tal-Mediterran Taranto 2026, li jibdew illum f’Taranto, l-Italja.
Malta se tkun qed tikkompeti f’14-il dixxiplina sportiva u dawn l-atleti qed jagħmlu unur lil pajjiżna billi jirrappreżentaw lil Malta fuq l-ogħla livell.
Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-atleti u l-coaches kollha għall-ħidma, id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji li jagħmlu biex jilħqu l-ħolm sportiv tagħhom.
Il-parteċipazzjoni tagħhom hija wkoll ta’ ispirazzjoni għat-tfal u ż-żgħażagħ Maltin kollha biex jinvolvu ruħhom fl-isport u jaspiraw għall-ogħla livelli.
Il-PN jawgura lil kull atleta Malti u Maltija l-aqwa xewqat u kull suċċess. Jawgura wkoll li jibqgħu kburin li qed jirrappreżentaw lil Malta u, fuq kollox, li jgawdu din l-esperjenza.
Aħna kburin bikom u se nkunu qed insegwukom. Forza Malta.
Graham Bencini
Shadow Minister għall-Isport
21.08.26