Il-Partit Nazzjonalista jawgura sena ta’ tagħlim, żvilupp u suċċessi lill-edukaturi u lill-istudenti
Il-Partit Nazzjonalista jagħraf ukoll ir-rwol kruċjali tal-edukaturi kollha u jirringrazzjahom għall-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Matul din is-sena skolastika, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tkompli tkun vuċi għall-istudenti u l-edukaturi, tinsisti fuq politika edukattiva ffukata fuq il-ħtiġijiet reali u tpoġġi l-inklużjoni fil-qalba tagħha.
Il-Partit Nazzjonalista jawgura sena skolastika mill-aqwa lill-istudenti, lill-edukaturi u lil dawk kollha li jaħdmu fis-settur edukattiv hekk qed tibda s-sena skolastika 2026-2027.
L-edukazzjoni hija l-aktar għodda importanti biex nibnu s-soċjetà tal-lum u ta’ għada. Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista jtenni l-impenn tiegħu favur sistema edukattiva ta’ kwalità, inklużiva u ffukata fuq il-bżonnijiet reali tal-istudenti u tal-edukaturi.
F’sistema li għadha qed tiffaċċja sfidi sinifikanti, irridu edukazzjoni li tagħti lil kull student l-opportunità jiżviluppa l-potenzjal tiegħu, filwaqt li trawwem il-ħsieb kritiku, il-ħiliet diġitali, il-kreattività, l-innovazzjoni, l-intelliġenza emozzjonali, l-empatija, ir-rispett u r-reżiljenza.
Il-Partit Nazzjonalista jagħraf ukoll ir-rwol kruċjali tal-edukaturi kollha u jirringrazzjahom għall-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Matul din is-sena skolastika, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tkompli tkun vuċi għall-istudenti u l-edukaturi, tinsisti fuq politika edukattiva ffukata fuq il-ħtiġijiet reali u tpoġġi l-inklużjoni fil-qalba tagħha.
Il-Partit Nazzjonalista jawgura lil kull student u studenta, edukatur u edukatriċi sena skolastika ta’ impenn, tagħlim, żvilupp u suċċessi.
Jerome Caruana Cilia
Shadow Minister għall-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza
28.09.2026