Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Francis Zammit Dimech
Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Francis Zammit Dimech, ġentlom li ddedika ħajtu biex ikun ta’ servizz lil pajjiżna.
Francis Zammit Dimech kien elett l-ewwel darba fil-Parlament f’isem il-Partit Nazzjonalista fl-1987 u minn hemm serva f’diversi karigi, fosthom bħala Ministru u Segretarju Parlamentari għal diversi setturi.
Hu kien elett ukoll bħala Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista filwaqt li, aktar tard, serva bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit u Chairman ta’ NET Media.
Francis Zammit Dimech jibqa mfakkar għal-lejalta straodinarja tiegħu lejn il-Pajjiz u lejn il-Partit Nazzjonalista fost oħrajn.
Fl-aħħar sena, Francis Zammit Dimech kien iservi bħala Aġent President tar-Repubblika.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jingħaqad mal-Partit biex iwassal il-kondoljanzi lill-qraba u ħbieb ta’ Francis Zammit Dimech.
21.04.2025