Il-Partit Nazzjonalista jsellem lill-Papa Franġisku

Papa li se jibqa’ mfakkar għall-umanità profonda tiegħu

Il-Partit Nazzjonalista jesprimi d-diqa tiegħu għall-mewt tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Huwa jibqa’ mfakkar bħala simbolu ta’ umiltà, ħniena u fidi sħiħa.

Il-messaġġi tiegħu ta’ paċi, ġustizzja u solidarjetà ħallew marka li ma titħassarx fid-dinja kollha u messew il-qlub tal-poplu Malti. Iż-żjara tiegħu fostna tibqa’ fil-qlub ta’ ħafna.

Il-Papa Franġisku wriena kif qalbna għandha tkun miftuħa għal kulħadd, speċjalment għall-vulnerabbli u l-imwarrba.

Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-kumplament tad-dinja Nisranija f’talb u radd ta’ ħajr għall-ħajja tiegħu.

21.04.2025