Il-Partit Nazzjonalista mħasseb serjament dwar dak li qed jiġri fil-Ħabs

Il-Ministru għall-Intern għandu jagħti rendikont ċar dwar dak li qiegħed jiġri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

L-aħħar rapporti dwar dak li qed jiġri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iqajmu tħassib serju dwar is-sigurtà, id-drittijiet fundamentali u l-amministrazzjoni tal-Ħabs.

Minn naħa, il-Kamra tal-Avukati qed tallega li laqgħat bejn avukati u l-klijenti tagħha setgħu ġew irreġistrati. Jekk dan jiġi kkonfermat, ikun ksur serju tal-privileġġ bejn l-avukat u l-klijent u tad-dritt għal difiża ġusta.

Min-naħa l-oħra, priġunier li qed jiskonta sentenza ta’ għomru l-ħabs instab li kellu aċċess għall-internet fil-laptop tiegħu – fatt li jqajjem mistoqsijiet serji dwar il-kontrolli u s-sigurtà fil-Ħabs.

Il-Partit Nazzjonalista jitlob li jingħataw tweġibiet ċari dwar dawn iż-żewġ każi u tintrefa’ responsabbiltà sħiħa minn kull min naqas minn dmirijietu.

Il-Ministru għall-Intern għandu jagħti rendikont ċar dwar dak li qiegħed jiġri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Ħabs għandu jkun amministrat skont il-liġi, b’sigurtà effettiva u b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet fundamentali ta’ kulħadd.

17.06.2026