Il-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Alex Borg: lest bħala gvern alternattiv

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN iħabbar ix-Shadow Cabinet

Illum, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg ħabbar il-ħatra uffiċjali tax-Shadow Cabinet tiegħu. Dan ix-Shadow Cabinet, magħmul minn Membri Parlamentari impenjati, huwa mfassal biex jippreżenta ruħu bħala gvern alternattiv lest li jmexxi lil pajjiżna għal futur aħjar.

“Din mhix biss ħatra ta’ responsabbiltajiet fuq spallejn id-Deputati tagħna. Din hija prova ċara li l-Partit Nazzjonalista hu lest biex jagħti tmexxija serja, responsabbli u b’viżjoni, u jagħti l-aħjar għażla lill-poplu Malti u Għawdxi”, qal Alex Borg waqt il-preżentazzjoni.

Din hija l-lista tad-Deputati fix-Shadow Cabinet ta’ Alex Borg:

  • Alex Borg
    Kap tal-Oppożizzjoni
  • David Agius
    Deputy Speaker u Shadow Minister għall-Isport u l-Volontarjat
  • Robert Cutajar
    Whip, Segretarju tal-Grupp Parlamentari u Shadow Minister għas-Self Employed, l-Intrapriżi ż-Żgħar u l-Koperattivi
  • Paula Mifsud Bonnici
    Assistent Whip u Shadow Minister għall-Anzjanità Attiva
  • Darren Carabott
    Chairperson tal-PAC u Shadow Minister għall-Intern u s-Sigurtà
  • Janice Abela Chetcuti
    Shadow Minister għall-Ħarsien tal-Annimali
  • Karol Aquilina
    Shadow Minister għall-Amministrazzjoni u Effiċjenza fis-Settur Pubbliku
  • Graziella Attard Previ
    Shadow Minister għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u x-Xandir Pubbliku
  • Charles Azzopardi
    Shadow Minister għall-Wirt Nazzjonali u għad-Delizzji
  • Ivan Bartolo
    Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Ġlieda Kontra l-Faqar u s-Solitudni
  • Ivan J Bartolo
    Shadow Minister għall-Innovazzjoni u l-Intelliġenza Artifiċjali
  • Graham Bencini
    Shadow Minister għas-Sigurtà Soċjali u Fondi Ewropej
  • Toni Bezzina
    Shadow Minister għat-Trasport, l-Agrikoltura u s-Sajd
  • Bernice Bonello
    Shadow Minister għaż-Żgħażagħ u l-Gvern Lokali
  • Eve Borg Bonello
    Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika
  • Rebekah Borg
    Shadow Minister għall-Ambjent
  • Albert Buttigieg
    Shadow Minister għan-Newrodiversità u l-Ħarsien tat-Tfal
  • Claudette Buttigieg
    Shadow Minister għar-Riċerka u l-Iżvilupp
  • Ryan Callus
    Shadow Minister għad-Djalogu Soċjali u l-Promozzjoni tal-Kummerċ
  • Jerome Caruana Cilia
    Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriża
  • Ivan Castillo
    Shadow Minister għax-Xogħol, is-Settur Marittimu u l-Avjazzjoni
  • Mario de Marco
    Shadow Minister għat-Turiżmu
  • Adrian Delia
    Shadow Minister għall-Finanzi
  • Beppe Fenech Adami
    Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin
  • Graziella Galea
    Shadow Minister għall-Inklużjoni u d-Drittijiet tal-Konsumatur
  • Joe Giglio
    Shadow Minister għall-Ġustizzja
  • Bernard Grech
    Shadow Minister għall-Proġetti Kapitali u l-Infrastruttura
  • Carmelo Mifsud Bonnici
    Shadow Minister għar-Riforma Kostituzzjonali, l-Identità Nazzjonali u d-Djalogu Interkulturali
  • Chris Said
    Shadow Minister għal Għawdex
  • Mark Anthony Sammut
    Shadow Minister għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma
  • Justin Schembri
    Shadow Minister għall-Edukazzjoni
  • Stephen Spiteri
    Shadow Minister għas-Saħħa
  • Ian Vassallo
    Shadow Minister għall-Kura Preventiva u Primarja
  • Julie Zahra
    Shadow Minister għall-Kultura u l-Ekonomija Kreattiva
  • Stanley Zammit
    Shadow Minister għall-Ippjanar u l-Artijiet

Viżjoni għal Malta u Għawdex
B’dawn il-ħatriet, il-Partit Nazzjonalista qed jibgħat messaġġ ċar: li hu lest li jagħti direzzjoni ġdida lill-pajjiż, u jpoġġi fuq quddiem il-prijoritajiet taċ-ċittadini – ekonomija b’saħħitha, soċjetà aktar ġusta, ambjent sostenibbli u istituzzjonijiet serji u trasparenti.

“Dan il-Kabinett alternattiv huwa prova li l-Partit Nazzjonalista mhux biss qed jikkritika, imma qed jippreżenta wkoll soluzzjonijiet konkreti għall-isfidi kbar li qed jaffaċċja l-pajjiż. Aħna lesti li nkunu l-għażla naturali biex immexxu lill-Maltin u l-Għawdxin għal futur aħjar,” temm jgħid Alex Borg.

28.09.2025