Il-PN isellem il-memorja ta’ Charles Demicoli

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, flimkien mat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, jibagħtu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja ta’ Charles Demicoli.

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Charles Demicoli, li miet fl-età ta’ 80 sena – persuna li matul ħajtu ta kontribut għal snin twal fi ħdan il-PN.

B’mod partikolari, Charles jibqa’ mfakkar bħala attivist għall-ħidma kbira tiegħu fi żminijiet meta d-demokrazija u l-libertà f’pajjiżna kienu mhedda. Matul is-snin tmenin, hu kien minn ta’ quddiem nett fid-difiża ta’ dawn id-drittijiet fundamentali.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, flimkien mat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, jibagħtu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja ta’ Charles Demicoli.

16.08.2026