Il-PN jagħti l-kondoljanzi lil Simon Busuttil u lill-familja tiegħu
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, flimkien tat-tmexxija tal-PN, jibagħtu l-kondoljanzi tagħhom lill-eks Kap tal-PN Simon Busuttil u lill-familja kollha tiegħu għat-telfa ta’ missierhom.
Il-Partit Nazzjonalista jesprimi sogħba għall-mewt ta’ Frank Busuttil – missier l-eks Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, flimkien tat-tmexxija tal-PN, jibagħtu l-kondoljanzi tagħhom lill-eks Kap tal-PN Simon Busuttil u lill-familja kollha tiegħu għat-telfa ta’ missierhom.
F’dan il-mument ta’ niket, il-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-familja Busuttil u jsellem il-memorja ta’ Frank, li tul ħajtu kien ukoll attiv fid-dinja tan-negozju permezz tal-grupp ta’ kumpaniji tiegħu.
Fuq kollox, il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ missier li rabba familja li rawwem fiha valuri sodi, is-sens tad-dmir, id-diċenza, ir-responsabbiltà u l-kuraġġ li dejjem iżżomm ma’ dak li hu sewwa. Dawn huma valuri li jibqgħu l-isbaħ wirt tiegħu.
Il-ħsibijiet tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Partit kollu huma ma’ Simon Busuttil, ma’ ommu u mal-familja kollha tiegħu f’dan il-mument diffiċli.
15.08.2026