Il-PN jiċħad b’mod kategoriku kull allegazzjoni ta’ ndħil lill-media indipendenti
Il-Partit Nazzjonalista jiċħad b’mod kategoriku kull allegazzjoni li għamel jew jagħmel xi tip ta’ pressjoni fuq il-mezzi tal-media, jew fuq ġurnalisti li kien jaħdmu jew għadhom jaħdmu fil-media.
Il-Partit Nazzjonalista jiċħad b’mod kategoriku kull allegazzjoni li għamel jew jagħmel xi tip ta’ pressjoni fuq il-mezzi tal-media, jew fuq ġurnalisti li kien jaħdmu jew għadhom jaħdmu fil-media. Jiċħad ukoll kull akkuża li b’xi mod jindaħal, jew qatt indaħal, fl-għażla tal-ġurnalisti u l-opinjonisti li jaħdmu mad-diversi mezzi tax-xandir u l-istampa f’pajjiżna.
B’riferenza għal akkużi li saru dalgħodu minn eks editur u opinjonista ta’ ġurnal indipendenti, il-PN jiċħad bl-aktar mod assolut li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg b’xi mod kellu x’jaqsam mal-fatt li l-istess persuna twaqqfet milli tkompli tikteb fl-istess gazzetta.
Il-Partit Nazzjonalista jemmen bis-sħiħ fil-valur tal-ġurnaliżmu ħieles, indipendenti u responsabbli bħala pilastru essenzjali ta’ demokrazija b’saħħitha.
01.09.2026