Il-PN jifraħ lil Mary Borg għall-elezzjoni tagħha fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar
Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Mary Borg li iktar kmieni dalgħodu ġiet eletta bħala kunsilliera f’ismu fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Filwaqt li l-PN jawgura lil Mary Borg ħafna ħidma sfiqa favur il-komunità ta’ San Pawl il-Baħar, jirringrazzja lil Antionette Bezzina li spiċċat mill-kariġa tagħha ta’ kunsillier lokali ftit tal-ġranet ilu.
Antoinette Bezzina kienet ilha kunsilliera għal numru ta’ snin u dejjem ħadmet b’diliġenza u serjetà kbira mhux biss fil-qasam tal-anzjani li għalih kienet responsabbli, izda fil-ħidma tagħha kollha bħala kunsillier lokali.
Charles Bonello
President tal-Kulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista