Il-PN jitlob li jkun sospiż il-Parlament

Il-PN jitlob is-sospensjoni tas-seduta Parlamentari biex id-Deputati jkunu jistgħu jattendu għat-tifkira tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illejla talab biex il-Parlament jiġi sospiż ħalli l-Membri Parlamentari taż-żewġ naħat tal-Kamra jkunu jistgħu jattendu għat-tifkira li se ssir fil-Belt Valletta f’għeluq is-seba’ snin mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Daphne Caruana Galizia kienet ġiet maqtula bħal-lum seba’ snin ilu, fis-16 ta’ Ottubru tal-2017, fil-Bidnija, b’bomba li tqiegħdet fil-karozza tagħha.

Il-Gvern laqa’ din it-talba.