Il-poplu jistħoqqlu spjegazzjoni

Il-poplu ma jistax jibqa’ jitħalla jgħix fl-inċertezza fejn tidħol il-provvista tad-dawl, u jistħoqqlu spjegazzjoni ċara dwar dak li qed jiġri fil-qasam tal-enerġija f’pajjiżna.

Il-PN jgħid li dalgħodu kellna konferma li l-pajjiż m’għandux biss problema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku imma anke ta’ ġenerazzjoni

Il-qtugħ tad-dawl ta’ dalgħodu – it-tielet qtugħ fuq skala nazzjonali fi żmien xahar – wera biċ-ċar li pajjiżna m’għandux biss problema ta’ distribuzzjoni tad-dawl, kif qalulna waqt il-kriżi tal-elettriku tas-sajf li għadda, imma għandu wkoll problema ta’ ġenerazzjoni.

Issa l-Gvern ta’ Robert Abela żgur ma jistax jibqa’ jwaħħal fit-tibdil fil-klima jew fil-cables li saħnu.

Il-poplu ma jistax jibqa’ jitħalla jgħix fl-inċertezza fejn tidħol il-provvista tad-dawl, u jistħoqqlu spjegazzjoni ċara dwar dak li qed jiġri fil-qasam tal-enerġija f’pajjiżna.

Dan is-settur jeħtieġ viżjoni serja u fit-tul, u mhux iżjed management-by-crisis.

Mark Anthony Sammut
Shadow Minister għall-Enerġija u l-Ambjent

08.10.2026