Il-qtugħ tad-dawl f’Għawdex issa laqat ukoll il-komunikazzjoni
Il-qtugħ fit-tul tal-provvista tal-elettriku f’Għawdex wassal biex jiġu affettwati wkoll servizzi tat-telefonija ċellulari u tad-data, wara li s-sistemi ta’ batteriji ta’ riserva tal-operaturi tat-telekomunikazzjoni bdew jiġu eżawriti minħabba t-tul tal-qtugħ tad-dawl.

Din is-sitwazzjoni turi kemm huwa essenzjali li l-infrastruttura tal-enerġija tkun affidabbli u reżiljenti.
Meta qtugħ tad-dawl idum biżżejjed biex jibda jaffettwa wkoll il-komunikazzjoni, il-konsegwenzi jmorru ferm lil hinn minn sempliċi inkonvenjent.
U fid-dawl ta’ dan kollu, il-Prim Ministru huwa assenti.
Il-komunikazzjoni mobbli u l-aċċess għad-data llum huma servizzi essenzjali għar-residenti, għan-negozji u anke f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Għalhekk, il-Gvern għandu jispjega x’miżuri qed jittieħdu biex jiġi assigurat li ħsarat fin-netwerk tal-elettriku ma jerġgħux iwasslu għal problemi li nfirxu għal servizzi essenzjali oħra.
Malta u Għawdex jeħtieġu infrastruttura li tiflaħ għall-ħtiġijiet ta’ ekonomija u soċjetà dejjem aktar diġitali.
Darren Carabott
Shadow Minister għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u l-Proġetti Strateġiċi
Mark Anthony Sammut
Shadow Minister għall-Enerġija u l-Ambjent
30.08.2026