Is-Sindku ta’ Ħal Għargħur tieħu deċizjonijiet minn wara dahar il-kunsillieri
Il-kunsillieri tal-PN f’Ħal Għargħur jikkundannaw dan it-tip ta’ aġir min-naħa tas-Sindku u se jkomplu jaħdmu biex Ħal Għargħur jerġa’ jkollu l-kunsill li jixirqilhom ir-residenti.
Il-kunsillieri lokali tal-Partit Nazzjonalista Helen Gauci u Marilena Galea jiddiżassoċjaw ruħhom minn dawk id-deċizjonijiet li s-Sindku ta’ Ħal Għargħur Francesca Attard jidher li qed tieħu minn wara dahar il-kunsillieri lokali u mingħajr ma tiddiskutihom fil-laqgħat tal-kunsill lokali.
Ezempju klassiku huwa dak li ġara f’dawn il-ġranet meta Francesca Attard kecciet ħaddiem tal-RSSL assenjat mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għargħur, u li ġie mibgħut lura f’dipartiment tal-gvern.
Dan il-ħaddiem, li fost l-oħrajn xogħlu primarjament kien li jagħmel il-manutenzjoni fit-toroq tar-raħal, mhux se jibqa’ jagħmel dawn ix-xogħlijiet għad-detriment tal-lokalità u tar-residenti.
Dan huwa biss każ wieħed, minkejja li s-Sindku Francesca Attard dejjem ippruvat tagħti impressjoni li hija favur trasparenza u governanza tajba fil-kunsill lokali.
Il-kunsillieri tal-PN f’Ħal Għargħur jikkundannaw dan it-tip ta’ aġir min-naħa tas-Sindku u se jkomplu jaħdmu biex Ħal Għargħur jerġa’ jkollu l-kunsill li jixirqilhom ir-residenti.
Helen Gauci
Minority Leader u Kunsilliera tal-PN f’Ħal Għargħur
Marilena Galea
Kunsilliera tal-PN f’Ħal Għargħur
10.09.2026