It-tieni interconnector mal-Italja hu riżultat tal-viżjoni fit-tul li kellu l-Partit Nazzjonalista fil-gvern

Proġett li qed isir realtà bis-saħħa tal-fondi Ewropej għax Malta llum hija membru tal-UE

L-iffirmar tal-kuntratt għall-produzzjoni u tqegħid tat-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija huwa riżultat tal-istrateġija u l-politika fit-tul adottata minn diversi Gvernijiet Nazzjonalisti biex pajjiżna jkollu provvista tal-enerġija elettrika ta’ min jorbot fuqha li ssostni l-ekonomija.

Il-Partit Nazzjonalista jfakkar ukoll li dan huwa proġett li qed isir realtà grazzi għall-fondi Ewropej li ġew minħabba li Malta llum hija membru tal-Unjoni Ewropea.

Sa minn qabel l-2013, l-Enemalta ppjanat biex pajjiżna jkollu żewġ interconnectors. L-iżvilupp tal-lum seta’ seħħ snin ilu li kieku Gvern Laburista żamm ma’ dan il-pjan għaliex t-tieni interconnector kien jitlesta qabel u ma kienx ikollna bżonn nonfqu €37 miljun biex nikru l-generators biex inkabbru l-provvista tal-powerstation tal-Electrogas, iddikjarata bhala monument tal-korruzzjoni mill-Qrati Maltin.

Ryan Callus
Shadow Minister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

29.04.2025