Janice Busuttil eletta bħala Kunsilliera Lokali ġdida f’isem il-PN fir-Rabat
Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Janice Busuttil li aktar kmieni llum ġiet eletta bħala Kunsilliera Lokali ġdida f’isem il-PN f’elezzjoni każwali li saret għall-Kunsill Lokali tar-Rabat wara l-post vakat minhabba l-mewt tal-Minority Leader Nazju Cassar, li kien ilu jservi fil-Kunsill Lokali tar-Rabat mit-twaqqif mill-Gvern Nazzjonalista fl-1993.

Issa Janice tingħaqad mat-tim attwali ta’ Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista fir-Rabat – Rudolph Grima li issa jsir il-Minority Leader, Norbert Grech u Terence Sant – biex tkompli l-ħidma għar-Rabtin u għal-lokalità kollha.
Il-Partit Nazzjonalista jestendi l-awguri lil Janice Busuttil għal ħidma siewja b’risq ir-Rabat.
Liam Sciberras
President, Kulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista (KKLPN)
Emvin Bartolo
Direttur tal-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista
24.08.2026