Jissejjaħ Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-Istatut il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista

B’mozzjoni approvata lbieraħ mill-Kumitat Eżekuttiv, se jissejjaħ Kunsill Ġenerali li se jkun maqsum f’żewġ partijiet: il-preżentazzjoni, id-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Istatut il-ġdid, u wara jingħata l-bidu għall-proċess għall-elezzjoni tal-Viċi Kapijiet u tal-President tal-Kunsill Ġenerali.

… u wara jibda l-proċess għall-elezzjoni tal-Viċi Kapijiet u tal-President tal-Kunsill Ġenerali

B’mozzjoni approvata lbieraħ mill-Kumitat Eżekuttiv, se jissejjaħ Kunsill Ġenerali li se jkun maqsum f’żewġ partijiet: il-preżentazzjoni, id-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Istatut il-ġdid, u wara jingħata l-bidu għall-proċess għall-elezzjoni tal-Viċi Kapijiet u tal-President tal-Kunsill Ġenerali.

Il-Kunsill Ġenerali jiftaħ l-Erbgħa 2 ta’ Diċembru 2026 fil-5.30pm, b’indirizz mill-President. Wara, tibda minnufih id-diskussjoni dwar l-approvazzjoni tal-Istatut il-ġdid.

Il-Kunsill ikompli jiltaqa’ l-Ħamis 3 ta’ Diċembru 2026 fl-istess ħin, u s-Sibt 5 ta’ Diċembru 2026 fid-9.00am. Jekk ikun hemm bżonn, jissejħu aktar sessjonijiet sakemm jitlesta l-eżerċizzju u jiġi approvat l-Istatut kollu.

Wara din il-fażi, il-President isejjaħ sessjoni plenarja tal-Kunsill Ġenerali biex l-Istatut il-ġdid jiġi approvat formalment. Minnufih, jibda l-proċess għall-elezzjoni tal-Viċi Kapijiet u tal-President tal-Kunsill Ġenerali, skont il-proċeduri stabbiliti fl-istatut il-ġdid.

Dan huwa pass ieħor fil-proċess ta’ tiġdid li ħabbar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg matul ix-xhur li għaddew.

17.11.2026