Każ ieħor li juri li s-sigurtà tar-residenti u s-sewwieqa f’żoni residenzjali mhux qed tkun imħarsa

L-awtoritajiet għandhom dmir li jiżguraw u jinfurzaw l-ogħla standards ta’ sigurtà f’kull sit ta’ kostruzzjoni. Il-PN jistenna li jiġi stabbilit x’wassal għall-inċident, u jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex inċidenti bħal dawn ma jibqgħux jirrepetu ruħhom.

L-inċident li seħħ dalgħodu fi triq residenzjali u fl-istess waqt traffikuża fil-Gżira huwa konferma oħra ta’ kemm hu meħtieġ li s-sigurtà ta’ dawk li jgħixu, jaħdmu jew jgħaddu minn dawn iż-żoni tkun imħarsa f’kull ħin. Din hi prijorità urġenti li l-Gvern ma jistax jibqa’ jagħtiha l-ġenb.

L-awtoritajiet għandhom dmir li jiżguraw u jinfurzaw l-ogħla standards ta’ sigurtà f’kull sit ta’ kostruzzjoni. Il-PN jistenna li jiġi stabbilit x’wassal għall-inċident, u jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex inċidenti bħal dawn ma jibqgħux jirrepetu ruħhom.

Il-pubbliku għandu dritt iħossu sigur fit-toroq, il-ġirien għandhom dritt iħossuhom komdi fi djarhom, u l-ħaddiema għandhom dritt jaħdmu f’ambjent sigur. Dan hu essenzjali biex ngħixu f’komunitajiet li jkollhom serħan il-moħħ mill-ambjent ta’ madwarhom.

Li ħadd ma weġġa f’dan l-inċident serju mhi tal-ebda konsolazzjoni. Il-Gvern m’għandux jistrieħ fuq il-fatt li ma weġġa’ ħadd biex jibqa’ ma jagħmel xejn.

Rebekah Borg
Shadow Minister għall-Ippjanar

26.06.2026