Kull żvilupp għandu jsir skont il-liġijiet tal-pajjiż b’ħarsien sħiħ tal-ambjent u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies
Jien favur li bħala pajjiż niżguraw li kwalunkwe żvilupp isir skont il-liġijiet ta’ pajjiżna b’ħarsien sħiħ tal-ambjent u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.
Jiena dejjem ninsisti li pajjiżna għandu jgawdi minn investiment privat li jkun responsabbli, etiku u sostenibbli. Il-futur ta’ pajjiżna jiddependi fuq dan it-tip ta’ żvilupp.
Għalhekk ikun qed jigdeb min jgħid li jiena tajt il-barka tiegħi għal xi bidla parzjali fi Pjan Lokali. Jiena ċert li fl-ebda ħin jew ċirkostanza ma indikajt jew għidt li jien favur tibdil parzjali tal-Pjan Lokali li permezz tieghu jseħħ xi proġett li ma jkunx ta’ ġid għall-ambjent u ma jirrispettax il-kwalità tal-ħajja tar-residenti.
Fil-fatt il-PN diġà ddikjara l-oppożizzjoni tiegħu għal tibdil parzjali fil-Pjan Lokali li ma jkunx favur ir-residenti u favur l-ambjent.
Bernard Grech
Kap tal-Partit Nazzjonalista
24.10.2024